Fl-aħħar 24 siegħa tħabbru 70 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li fiequ 130. Dawn il-każijiet irriżultaw minn 2928 swab test li saru.
F’Malta bħalissa hawn 1436 każ attiv.
Ilbieraħ tħabbar li nstabu 82 każ ġdid tal-coronavirus. Filwaqt li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, minn tal-bieraħ kien hemm:
- 23 każ minn membri tal-familji li kienu pożittivi
- 8 persuni minn fuq il-post tax-xogħol li kienu f’kuntatt ma’ persuni pożittivi
- 7 persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi
- 3 każijiet minn attivitajiet soċjali
L-infografika ppubblikata mill-Ministeru tas-Saħħa turi li fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra.