70 immigrant maħsuba mejta meta jegħreq dinghy fl-ibħra Libjani

Sebgħin immigrant huma maħsuba mejta wara li għerqet id-dinghy li kienu fuqha fl-ibħra Libjani.
Rapporti fil-mezzi tax-xandir Taljani qalu li 26 immigrant li kienu fuq l-istess dinghy ġew salvati mill-bastiment Valle Bianca.
Huwa maħsub li l-immigranti l-oħra għerqu madwar seba’ mili bogħod mill-kosta ta’ Sebrata.
Fl-aħħar 24 siegħa, 454 immigrant ingħataw l-għajnuna fil-Kanal ta’ Sqallija f’4 ħidmiet ta’ salvataġġ.