70 għadhom ma nstabux wara li nqalbilhom id-dingi

70 immigrant irregolari ma jistgħux jinstabu wara li d-dingi li kienu fuqu għereq fl-aħħar jiem fi Sqallija.  Dan qaluh madwar 27 immigrant li lbieraħ irnexxielhom jidħlu fil-port ta’ Katanja flimkien ma’ mijiet ta’ refuġjati oħra.
Rapporti qed jgħidu li d-dingi għereq minħabba li ma kienx jiflaħ għall-għadd ta’ immigranti li kienu fuqu. B’kollox hu maħsub li kien hemm madwar 100 persuna.