70,000 jitolbu li jintesew minn Google

Sal-aħħar ta’ Ġunju, 70,000 ruħ talbu lil Google biex tneħħi d-dettalji dwarhom, meta xi ħadd ifittex fuqhom fl-Ewropa.
Il-kumpanija ħabbret li kull applikazzjoni titlob biex jitneħħew medja ta’ erba’ links dwarhom. Dan ifisser li jridu jiġu evalwati madwar kwart ta’ miljun talba.
It-talbiet bdew isiru mid-29 ta’ Mejju u l-kumpanija qed tirċievi madwar 1,000 talba kuljum.
Google trid timxi ma’ regoli stretti ta’ privatezza, kif ġie deċiż mill-qorti Ewropea. Dawn ir-regoli jippermettu liċ-ċittadini jitolbu biex titneħħa informazzjoni dwarhom li tista’ tkun imbarazzanti u li tidher meta xi ħadd ifittex b’isimhom.