70,000 jilqgħu s-sena l-ġdida flimkien fil-Belt Valletta

Madwar 70,000 persuna attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena u laqgħu s-sena l-ġdida fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
Matul l-attività, il-folol setgħu jgawdu minn spettaku bla ħlas imtella’ mill-Orkestra Filarmonika u kantanti u DJs stabbiliti.
Apparti minn hekk, eluf ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta fejn kien hemm stands tal-ikel, xorb u ħelu fost l-oħrajn.
L-attività kienet sforz kollaborattiv bejn il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Ministeru għat-Turiżmu u Fondazzjoni Valletta 2018.
 
Ritratt: Alison Galea Valletta