7 żgħażagħ Maltin arrestati f’Paceville minħabba droga

Fil-lejl li għadda, il-Pulizija arrestat 7 żgħażagħ jabbużaw mid-droga f’Paceville.
Iż-żgħażagħ qed jinżammu arrestati biex jgħinu fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Il-ħidma saret minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għall-arrest ta’ seba’ żgħażagħ li nstabu qed jabbużaw mid-droga f’Paceville.
Iż-żgħażagħ huma kollha Maltin u l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-18 u 29 sena.
Huma nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati kokaina, kannabis u raża tal-kannabis.