7 xhur ħabs wara li gidbet lill-Pulizija u nqabdet titlajja

Mara ta’ 35 sena ngħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabsa wara li l-Qorti sabietha ħatja li tat isem falz lill-Pulizija li kienu waqqfuha fil-Gżira u fl-Imsida f’żewġ okkażżjonijiet separati f’April u talbuha d-dettalji tagħha.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo sabet lil Charlene Gatt ħatja wkoll li fl-istess perjodu hija nqabdet titlajja għal prostituzzjoni kif ukoll li wettqet dawn ir-reati waqt li kieent fuq probation li ngħatet  mill-Qorti f’Mejju tal-2018. Il-Qorti kkundannat lil Gatt għal seba’ xhur ħabsa, li minnhom se jitnaqqas il-perjodu ta’ żmien li hija nżammet taħt arrest preventiv.

Gatt bħalissa għandha proċeduri pendenti fil-Qorti dwar incident li seħħ f’Novembru tal-2018 fejn allegatament attakkat lil mara u lil binha b’martell tal-laħam f’Buġibba.