7 xhur ħabs talli prova jivjaġġa b’dokumenti foloz

Żagħżugħ ta’ 22 sena ngħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabs wara li nqabad jipprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz.

Ali Easa Harth kien arrestat mill-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta is-Sibt waqt li kien qed jipprova jivjaġġa lejn Katanja.

Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, madanakollu l-Qorti sabitu ħati u tagħtu sentenza ta’ ħabs. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Lara Butters waqt li l-Avukat tal-għajnuna legali Francina Abela dehret għan-Niġerjan.