7 xhur ħabs għal student Kolombjan

Student Kolombjan intbgħat 7 xhur ħabs talli seraq hangbag. L-istess student il-ġimgħa l-oħra, kellu jħallas multa ta’ €500 wara li nqabad ipejjep il-ħaxixa.

Il-Kolombjan ta’ 19-il sena ammetta li seraq u l-akkużi l-oħra miġjuba kontrih.