7 użi differenti għall-hairspray; mhux għax-xagħar

Hairdresser spraying his customer's hair.

Kulħadd jaf il-mod konvenzjonali ta’ kif tista’ tuża l-hairspray, iżda ftit jafu dwar kwalitajiet differenti oħrajn li għandu li jistgħu jgħinuk fl-ħajja ta’ kuljum.

  1. Biex tnaddaf marka ta’ pinna minn fuq il-ħwejjeġ – applika l-hairspray fuq il-marka tal-pinna fuq id-drapp u għorok bi xkupilja tas-snien
  2. Biex iżomm il-fjuri friski ħajjin għal aktar żmien
  3. Biex iżomm iż-żraben ileqqu
  4. Biex twaqqaf żipp difettuż milli joqgħod jinżel waħdu
  5. Biex tneħħi t-tnietex minn fuq il-ħwejjeġ – billi tapplika l-hairspray fuq il-parti bit-tnietex imbagħad tgħaddiha b’biċċa drapp biex jinqalgħu
  6. Biex iddaħħal ħajta minn ras-il labra – billi tapplika l-hairspray fuq it-tarf tal-ħajta imbagħad iddaħħalha minn ras-il labra
  7. Biex twaqqaf tights milli jibqgħu jiżżarrtu – billi tapplika l-hairspray dirett fuq il-parti li qed tiżżarrat