“7 tobba insistew li nagħmel abort minħabba l-kanċer” – omm Zoe

SWNS_CANCER_BABY_15

Omm li kienet qed tistenna tarbija waqt li kienet qed tieħu l-kura għall-kanċer, sfidat il-parir ta’ seba’ tobba li tagħmel abort u eventwalment welldet “tarbija miraklu”.
Skont il-midja internazzjonali, il-każ seħħ fir-Renju Unit lil Tifanie Morataya ta’ 37 sena, li kienet ixxukkjata meta skopriet li tqila, erbat ijiem biss wara li qalulha li għandha kanċer.
Minkejja l-insistenza tat-tobba biex tabortixxi t-tarbija, irriċerkat dwar ir-riskji li tkun tqila waqt il-kimoterapija, u ddeċidiet li żżommha.
Spjegat li ħadd ma kien kapaċi jgħidilha x’setgħu kienu l-effetti negattivi fuq it-tarbija.
Zoe twieldet qawwija u sħiħa u ma ġiet affettwata xejn mill-kanċer ta’ ommha.
Tifanie, marret b’Zoe tiltaqa’ mat-tobba li riduha tneħħiha, biex turihom li “mirakli jsiru”.
Il-kanċer ta’ Tifanie kien f’sidirha tax-xellug, u kien fih daqs mandolina.