7 spetturi u Supretendent biex tissaħħaħ parti mill-Korp

CMRU

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta beda bil-ħidma għat-tisħieħ tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji f’Jannar tal-2018 meta żied 7 spetturi. B’hekk b’kollox  il-korp issa għandu total ta’ 12-il spettur. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta, f’Lulju tal-istess sena ġie inkarigat Supretendent ieħor. Għalekk ix-xogħol seta’ jinqasam bejn tnejn, wieħed iffoka fuq il-Ħasil tal-Flus u s-Supretendent l-ieħor ġie inkarigat mir-Reati Ekonomiċi.

Komplew jiżdiedu wkoll in-numru ta’ surġenti u kuntistabbli, fejn minn 41 pulizijażdiedu għal  58 pulizija. Riċentament, ġew ingaġġati mal-Korp tal-Pulizija Analisti tar-Reati Ekonomiċi pajżana, bil-għan li flimkien mal-esperjenza tal-Pulizija jissaħħaħ id-Dipartiment. Skont l-istqarrija dan in-numru mistenni li jkompli jiżdied fil-futur qrib.

Bil-għan li jkompli jimmodernizza dan id-Dipartiment, fil-preżent il-Korp qed jaħdem ukoll biex sal-bidu tas-sena d-dieħla dan id-Dipartiment jiġi rilokat għalih ġewwa binja f’Santa Venera.

Il-Korp se jkun qed jixtri wkoll software aktar avvanzat. Fost affarijiet oħra dan l-intelligence software se jgħaqqad data differenti f’data ċċentralizzata sabiex din tiffaċilita investigazzjonijiet finanzjarji.