7 snin ta’ suċċess għall-kowċ tal-waterpolo Mario Cachia

Sliema Acquatic Sports Club ħabbar li Mario Cachia ġie appuntat l-irwol ta’ Tim Maniġer għat-tim tan-nisa tal-waterpolo. Hu se jkun responsabbli biex jieħu ħsieb il-pjanijiet tal-ġejjieni għat-tim tan-nisa.

Cachia kien il-coach tal-istess tim iżda ddeċieda li ma jkomplix f’dan l-irwol minħabba raġunijiet personali. Iżda l-klabb ħass li Cachia għad għandu x’joffri lit-tim u b’hekk appuntah bi rwol ġdid.

Skont il-klabb ta’ Sliema Aquatic, Mario għen lit-tim tan-nisa jibda mix-xejn seba’ snin ilu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn huwa rnexxielu jirbaħ kull unur maġġuri fil-waterpolo tan-nisa. Dawn kienu jinkludu:

2 Kampjonati tas-sajf (2015, 2016)

1 Kampjonat tax-xitwa (2018)

3 Tazzi tan-Knock Out (2016, 2017, 2018)

1 Super Cup (2018)