7 snin mindu miet Dom Mintoff

L-eks Prim Ministru Duminku Mintoff għalaq seba’ snin mejjet illum.

Dom Mintoff twieled f’Bormla fl-1916. Huwa kien Prim Ministru għal żewġ termini, bejn l-1955 u l-1958 u mbagħad mill-1971 sal-1984. Huwa kien Membru Parlamentari mill-1947 sal-1998. Ikkontesta 13-il elezzjoni ġenerali fuq medda ta’ 50 sena.

L-eks Mexxej tal-Partit Laburista miet fl-20 ta’ Awwissu tal-2012, meta kellu 96 sena.

Aqra: Il-Prim Ministru jfakkar il-103 snin mit-twelid ta’ Mintoff

Fis-6 ta’ Awwissu li għadda, il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-eks Prim Ministru f’għeluq il-103 snin minn meta twieled.