Kien bħal-lum seba’ snin, nhar id-9 ta’ Ottubru tal-2013, li kulħadd baqa’ xxukjat bl-aħbar tal-mewt tal-preżentatriċi Nirvana Azzopardi. Hija kellha 40 sena. Il-preżentatriċi mietet wara sentejn tiġġieled forma rari ta’ kanċer f’sidirha.
Il-karriera tagħha bdiet wara li ħadet sehem f’konkors ta’ sbuħija u wara bdiet tippreżenta bosta programmi televiżivi, fosthom il-popolari Flat 4, li kien wieħed mill-ewwel reality shows f’pajjiżna.
Hija kienet ukoll il-ko-fundatriċi ta’ Teatru Unplugged li beda fl-1998.
Nirvana kienet miżżewwġa lil Marjos u omm ta’ żewġ subien, Sam u Noah.
Il-funeral tagħha sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan b’mużika li kienet ipprepararat l-istess Nirvana qabel ħallietna.
“Kienet mara kreattivà u intelliġenti,” iddeskriviha Fr Claude Portelli, il-Kappillan ta’ San Ġiljan li ċċelebra l-quddiesa li għaliha kantat Ira Losco akkumpanjata minn bosta mużiċisti qrib ta’ Nirvana bħal Renzo Spiteri.

Fost dawk li llum fakkru l-memorjja ta’ Nirvana Azzoaprdi kein hemm l-Ewro Parlamentari Miriam Dalli.
Bla dubju li jgħaddu kemm jgħaddu snin, Nirvana tibqa’ fil-qlub tal-Maltin kollha.
Strieħ fis-Sliem.