5 sitwazzjonijiet skomdi li 30 sena ilu ma stajtx tkun fihom

Qatt għamilt like fuq post ta’ xi ħadd jew fuq Facebook jew fuq Instagram minn ta’ żmien ilu? Mumenti pjuttost skomdi ma jieżistux biss illum il-ġurnata. Madanakollu, hemm ċerti sitwazzjonijiet skomdi li l-ġenerazzjonijiet tal-passat żgur li qatt m’għaddew minnhom.

  1. Li impjegat/a tiegħek ma tidħolx xogħol għax ma tiflaħx, imma tippostja ritratt tal-vakanża tagħha ħdejn il-baħar

Skont Alison Green, awtriċi ta’ kolonna fejn jiġu mistoqsija mistoqsijiet lill-maniġer fuq sit tal-midja internazzjonali qalet li x’jaħseb l-imgħallem f’dawn is-sitwazzjonijiet jiddependi fuq kemm huwa jafda lill-ħaddiema tiegħu. Ikun hemm sitwazzjonijiet fejn wieħed jitfa’ dawn it-tip ta’ ritratti li ma ttieħdux fl-istess ġurnata.

  1. Li bħala impjegata taġġorna l-informazzjoni fuq il-profil tiegħek ta’ LinkedIn

Jekk l-imgħallem tiegħek jara li aġġornajt il-profil tiegħek ta’ LinkedIn, huwa jista’ faċilment jaħseb li inti qed tfittex xogħol ieħor.

  1. Autocorrect bidillek kelma fil-messaġġ tiegħek għal waħda mhux f’postha

L-aħjar li tagħmel biex tevita din it-tip ta’ sitwazzjoni hu li titfi autocorrect kompletament mis-settings.

  1. Li ssir taf li persuna li qed toħroġ magħha għadha attiva fuq applikazzjonijiet tad-dating

Anki jekk wieħed waqaf juża din l-applikazzjoni, huwa importanti li din tiġi mħassra meta wieħed jitħol f’relazzjoni ma’ persuna.

  1. Li aċċidentalment tibgħat messaġġ lill-persuna li fil-messaġġ tkun qed titkellem fuqha ma’ ħaddieħor

Ġa la darba l-messaġġ ikun intbgħat, ma tistax terġa’ lura. Biex tevita dan, dejjem iċċekkja lil min se tibgħat il-messaġġ darbtejn.

Sfortunatament, filwaqt li t-teknoloġija għenet ħafna biex tagħmlilna ħajjitna faċli, xi kultant tista’ ddaħħalna f’sitwazzjonijiet mhux wisq mixtieqa