7 sewwieqa Maltin fi Chiaramonte

Mill-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu sal-Ħadd 1 ta’ Settembru, 7 sewwieqa Maltin marru Sqallija, ġewwa Chiaramonte biex jikkompetu fit-62 edizzjoni tat-tellieqa Monti Iblei, korsa ta 8.5km.

Is-Sewwieqa li ħadu sehem kienu, Didier Bugeja, Ignazio Cannavo GT3, Anastasi Joe, Galea Noel, Dunford James, Camilleri Darren, Galea Ian u Deidun Ivan Paul.

L-ikbar suċċess f’dan l-avveniment kien dak ta’ Noel Galea li spiċċa l-ġurnata l-ewwel fil-grupp tiegħu, l-ewwel fil-klassi tiegħu. Il-ħiliet ta’ Galea biex jipprepara l-karozza tiegħu kif ukoll l-esperjenza li Galea kiseb ġewwa Sqallija jidher li qiegħed iħalli l-frott mixtieq.

Għal Darren Camilleri din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu ġewwa Chiaramonte, iżda ma naqasx milli jakkwista riżultat tajjeb fejn spiċċa fit-tieni post fil-klassi tiegħu. Didier Bugeja, għalkemm il-prestazzjoni tiegħu dehret xi ftit aħjar mir-riżultat, spiċċa fit-tielet post fil-klassi tiegħu, u it-18 minn grupp ta 21 karozza. James Dunford spiċċa ukoll fit-2 post tal-klassi tiegħu.

Sfortunatament Ian Galea, Ivan Paul Deidun, u Joe Anastasi ma tħallewx isuqu minħabba xi teknikalitajiet.