“7 proposti kif jista’ jiġi evitat femiċidju ieħor”

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers (MASW) fi stqarrija kkundannat il-femiċidju li sar il-Ħadd filgħaxija fejn omm ta’ żewġt itfal inqatlet mill-eks sieħeb tagħha fi Triq il-Kbira Ħaż-Żabbar.

L-MASW elenkat seba’ punti sabiex l-awtoritajiet responsabbli jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ikun hemm aktar prevenzjoni fejn tidħol vjolenza domestikau u għalhekk jiġi evitat femiċidju ieħor. L-assoċċjazzjoni qalet li sfortunatament dawn il-femiċidji juru kemm is-soċjetà għadha patrijarka u taċċetta li n-nisa jibqgħu jiġu abbużati u maqtula mis-sieħeb jew eks-sieħeb tagħhom.

L-Assoċċjazzjoni tisħaq li hemm bżonn tiġi eradikata l-mentalità patrijarka u wieħed jimxi għal relazzjonijiet li huma mibnija fuq ir-rispett u l-ugwaljanza. Żiedu li dawk il-persuni li jinsabu ħatja ta’ vjolenza domestika m’għandhomx biss jingħataw is-sentenza għar-reat li jkunu għamlu imma jingħataw l-għajnuna biex jindirizzaw l-attitudni vjolenti tagħhom.

L-MASW tkompli li għandu jkun hemm aktar kampanji edukattivi li jwasslu l-messaġġ ta’ ugwaljanza u rispett reċiproku fis-setturi kollha tal-edukazzjoni. L-awtoritajiet għandhom isaħħu s-servizzi protettivi tagħhom u l-aċċessibilità għalihom kif ukoll għandhom jirrikonoxxu x-xogħol li jsir mill-professjonjisti kemm tal-istat kif ukoll tal-għaqdiet mhux governattivi f’dan ir-rigward. L-MASW tagħlaq billi tappella biex il-professjonisti li jiltaqgħu ma’ persuni li huma vittmi ta’ vjolenza domestika għandhom ikunu preparati u aġġornati dwar kif għandhom jindunaw li persuna hija vittma ta’ vjolenza domestika u kif għandhom jaġixxu f’dawn is-sitwazzjonijiet kif ukoll li toffri servizz ta’ sapport lil dawn il-professjonisti li qed jiġġieldu kontra soċjetà li hija patrijarka.

Inutli jkun hemm ħafna laqgħat u stqarrijiet imbagħad ma jsir xejn – KNN

Itant il-Kunsill Nazzjoninali tan-Nisa fi stqarrija kkunndanna wkoll il-qtil ta’ Chantelle Chetcuti u qalu li dan il-qtil ħalla żewġt itfal mingħajr omm.  Fl-istqarrija huma staqsew għala għandu jkun hemm qtil ieħor biex isiru taħditiet, stqarrijiet u messaġġi fuq il-midja soċjali fost l-oħrajn imbagħad ma jittieħdu l-ebda miżuri biex ibiddlu s-sitwazzjoni preżenti.

Żiedu li t-tibdil fil-mentalità jsir meta dawn l-aħbarijiet ma jibqgħux jissemmew. Huwa hawn li n-nisa jistgħu jserrħu moħħhom li r-rapporti tagħhom ittieħdu bis-serjetà, li l-karba tagħhom instemgħet u sabu s-sapport neċessarju fil-ħin sabiex jiġu evitati dawn it-traġedji. Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa semma kif Malta ffirmat il-Konvenzjoni ta’ Istanbul fl-2014 sabiex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika.

Huma appellaw lill-Gvern biex isaħħaħ il-kampanji edukattivi fl-iskejjel, fuq il-mezzi kollha tal-midja u fuq il-postijiet tax-xogħol. Żiedu li għandu jkun hawn postijet u akkomodazzjonijiet li jservu biex nisa li jiddeċiedu li jitilqu minn djarhom ikollhom fejn joqogħdu. Dan kollu jista’ jgħin biex wieħed jevita li jkun hemm vittma oħra temmew l-istqarrja l-Kunsill Nazzjonali għan-Nisa.