7 proposti għas-servizz ta’ fast ferry

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-kumpanija Gozo Channel irċeviet seba’ proposti għas-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex.
Fi stqarrija, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li kien hemm interess qawwi għas-sejħa ta’ preliminary market research tal-Gozo Channel biex issib sieħeb għas-servizz ta’ fast ferry.
Caruana qalet li l-ġimgħa li għaddiet ingħalqet l-ewwel fażi tal-proċedura biex jinstab operatur tas-servizz ta’ fast ferry biex jissieħeb mal-Gozo Channel. Qalet li l-maġġoranza tas-seba’ proposti kienu minn operaturi barranin.
Caruana temmet tgħid li “dan jawgura tajjeb biex fil-ġimgħat li ġejjin il-Gozo Channel tkun tista’ tissottometti l-offerta tagħha biex tkun tista’ tagħti s-servizzi tagħha bejn iż-żewġ gżejjer.”