Read in English.
Seba’ persuni b’kollox tefgħu n-nomina tagħhom għas-siġġu ta’ Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew.
Dawn huma Felix Galea Busuttil, Josef Caruana, Cyrus Engerer, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef u Lorna Vassallo.
Galea Busuttil, Caruana, Engerger, Micallef u Vassallo kienu kandidati fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-sena li għaddiet, iżda ma ġewx eletti. Minnhom kien Engerer li kiseb l-aktar voti.
L-elezzjoni każwali se ssir għada, wara li Dalli battlet is-siġġu tagħha meta ħalliet il-Parlament Ewropew għall-Parlament Malti, wara r-riżenji ta’ Joseph Muscat u Etienne Grech. Fil-Parlament Malti magħna ngħaqad Clyde Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Fid-19 t’Ottubru
Miriam Dalli u Clyde Caruana jieħdu l-ġurament