7 persuni b’multa ta’ €100

Miguela Xuereb

Read in English.

Seba’ persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed meta nstabu fi gruppi ta’ 4 persuni jew aktar.

F’aġġornament dwar il-coronavirus il-Gvern ħabbar li intant ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-322 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Illum kienet it-tieni ġurnata li fiha n-nies setgħu jidħlu fil-ħwienet bil-maskri wara li għamlu ġimgħat magħluqin.

Dalgħodu Malta reġistrat il-ħames mewt tagħha li kienet relatata mal-coronavirus. L-awtoritajiet qed ikomplu jappellaw lin-nies biex isegwu l-miżuri kollha.

Bħalissa hawn 74 każi attivi.

Il-Gvern kompla jiċċara dwar l-użu tal-maskri. Qal li l-miżura obbligatorja li tintlibes maskra minn kull persuna li tidħol f’ħanut, tuża t-trasport pubbliku jew titla’ fuq il-vapuri tal-Gozo Channel ħarġet mill-kriterji stabbiliti fl-Att dwar is-Saħħa Pubbliku.

“Madanakollu, l-awtoritajiet tas-saħħa mhumiex qegħdin hemmhekk biex joqogħdu jwaħħlu l-multi,” qal il-Gvern.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn