7 persuni b’multa għax kienu fi grupp ta’ aktar minn 6

Miguela Xuereb

Read in English.

Seba’ persuni llum instabu fi gruppi ta’ aktar minn sitt persuni, u b’hekk ġew immultati €100 kull wieħed.

Dan tħabbar fil-bulettin li joħroġ il-Gvern ta’ kuljum, bl-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus.

Illum tħabbar li fiequ 10 persuni mill-Covid-19. B’hekk it-total ta’ nies li rkupraw mill-virus issa tela’ għal 501. Il-bulettin jgħid li qed jirriżulta li l-maġġoranza assoluta tal-pazjenti tal-Covid mhux qed ikollhom jidħlu għall-kura l-isptar, u mingħajr wisq sintomi, jirnexxilhom jegħlbu l-virus fil-kwiet ta’ darhom taħt osservazzjoni tal-kura primarja. Jirriżulta li, bħala medja, il-perjodu ta’ fejqan huwa ta’ 16-il jum.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa kien hemm erba’ persuni li rriżultaw pożittivi għal Covid-19 wara li saru 1,137 test. Mill-bidu tal-pandemija, f’Malta, saru 65,471 test u llum fadal 108 każi attivi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn