7 pazjenti Spanjoli forsi bl-Ebola

Fi Spanja bħalissa hemm 7 persuni li qed jinżammu għall-kura fuq suspett li huma infettati bl-Ebola. 
Fosthom hemm ukoll l-infermiera Maria Teresa Romero Ramos.
L-aħħar tliet pazjenti rikoverati fl-isptar Carlos III ta’ Madrid, huma żewġ tobba u infermiera oħra. 
Maria Teresa Romero Ramos ħadet ħsieb tipprova dewwi liż-żewġ missjunarji li mietu proprju minħabba l-virus tal-Ebola fit-12 ta’ Awwissu u fil-25 ta’ Settembru.