7 pajjiżi Ewropej jarrestaw spiji ta’ kompjuters privati

15-il ruħ minn 7 pajjiżi Ewropej ġew arrestati b’rabta ma’ vjolazzjoni tal-privatezza minn kompjuters.
L-arresti saru fir-Renju Unit, l-Estonja, Franza, ir-Rumanija, l-Italja, il-Latvja u n-Norveġja.
Il-15-il ruħ qed jiġu akkużati li użaw software li permezz tiegħu spijaw fuq in-nies mill-kompjuters tagħhom mingħajr ma dawn kienu jafu, u li b’dawn il-programmi setgħu jikkontrollawlhom il-kompjuters.
Sadattant mir-Russja, ġie ppubblikat sit elettroniku li qed jagħti feed diretta ta’ eluf ta’ kameras tas-sigurtà li juru mhux biss ħwienet u postijiet pubbliċi imma anke tfal reqdin fil-kmamar tagħhom. Dan, minn 250 pajjiż madwar id-dinja.
Is-sit ġie ppubblikat biex juri li fuq l-internet ftit teżisti privatezza, speċjalment jekk wieħed ma jbiddilx is-settings li jkunu ssettjati fil-fabbrika.