7 oħra jmutu fi New York minħabba l-borra

Sebgħa min-nies tilfu ħajjithom fl-istat ta’ New York fl-Istati Uniti hekk kif il-pajjiż intlaqat minn maltempata qawwija ta’ borra, li f’xi nħawi saħansitra niżlet m’għola żewġ metri.
F’Michigan u f’New Hampshire, persuni oħra tilfu ħajjithom b’konsegwenza tat-temp kiefer, biex b’kollox, min-nhar is-Sibt s’issa, mietu mill-inqas 20 persuna.
Il-maltempata ħarbtet il-ħajja ta’ ħafna hekk kif ħolqot ġenn sħiħ fis-sistema ta’ trasport pubbliku, fosthom il-ferroviji.
Xi wħud irrappurtaw li weħlu fil-karozza tagħhom fil-borra għal iktar minn ġurnata.
It-turnaments sportivi li jintlagħbu fil-miftuħ spiċċaw tħassru waqt li diversi toroq ingħalqu sakemm titneħħa kwantità ta’ borra.