7 modi ta’ kif tista’ ssalva l-annimali tiegħek fis-sajf

Is-sħana reġgħet bdiet ġmielha u tajjeb li wieħed jiftakar li mhux il-bnedmin biss iħossu s-sħana, iżda anke l-annimali.
Stitch huwa bulldog Franċiż li fl-eqqel ta' dan is-sajf tah ħass ħażin bis-sħana, u kellu wkoll problemi bin-nifs.
Sidu, Lea Apap Migneco appellat biex in-nies ma joħorġux il-klieb tagħhom fix-xemx. 
Newsbook.com.mt tkellem ma' Miriam Casha mill-SPCA dwar x'inhuma l-affarijiet li għandna nżommu f'moħħna jekk għandna annimal domestiku
• Tħalli l-ilma barra
• Tlestilhom post fid-dell
• Ma toħroġhomx fil-qilla tax-xemx, u jekk toħroġhom ara li jimxu fid-dell
• Waqt li toħroġhom jimxu, ħudilhom ftit ilma
• Oqgħod attent jekk toħroġhom filgħodu kmieni jew filgħaxija minħabba s-sandfly
• Li tqaxxarhom mhix ħaġa ħażina, iżda mhux ħafna għax tagħmel ħsara lill-ġilda
• Li tieħodhom il-baħar biex jiffriskaw tajjeb, diment li ma jiksrux il-liġi
Għal aktar informazzjoni dwar x'għajnuna għandha tingħata lill-annimali fix-xhur tas-sajf, tista' ċċempel lill SPCA fuq 21234431 jew 21230468