7 mill-aqwa persuni mħarrġa fl-arti marzjali se jżuru Malta

Seba’ mill-aqwa Ġappuniżi mħarrġa fl-arti marzjali se jkunu qed jiġu Malta biex iniedu l-Aikikai Malta – waħda mill-akbar organizazzjonijiet tal-arti marzjali.

Din l-inawgurazzjoni se sseħħ wara li l-mexxej Aikido Master Jun Nomoto Shihan żar Malta f’Novembru li għadda u evalwa t-teknika u l-livell professjonali tal-Yamata Dojo fil-Ħamrun. L-integrazzjoni ta’ skola Maltija tal-arti marzjali ma’ Aikikai se ġġib magħha opportunitajiet sbih lill-prattikanti lokali biex jitħarrġu fl-ogħla livelli internazzjonali.

Għal aktar informazzjoni tisa’ żżur is-sit ta’ Aikido Malta jew il-paġna tagħhom ta’ Facebook minn hawn.