7 mietu meta għerqet dgħajsa tal-emigranti fit-Turkija

Għaddas tas-salvataġġ fuq ix-xatt tal-Għadira Van (DHA)

L-awtoritajiet tat-Turkija ikkonfermaw li dgħajsa li fuqha kien hemm emigrant mill-Pakistan, Bangladesh u l-Afghanistan għerqet fl-Għadira Van fil-Lvant tal-pajjiż, nhar il-Ħamis filgħodu kmieni.

L-għarqa seħħet meta d-dgħajsa resqet lejn il-belt ta Adilcevaz fil-provinċja ta’ Bitlis. L-uffiċċju tal-Gvernatur tal-provinċja qal fi stqarrija li ħames emigrant nstabu mejta fl-għadira filwaqt li tnejn oħra mietu fl-isptar. 64 persuna oħra kienu salvati f’ħidma ta’ salvataġġ u uħud minnhom ittieħdu fi sptarijiet għall-kura.

Il-qawwiet tas-sigurtà, ħaddiema tas-salvataġġ u għaddas qed ikomplu bit-tiftix għal aktar vittmi. Iżda issa t-tama li jinstabu aktar nies oħra ħajja fl-għadira li hi wkoll qrib l-Iran imma fit-territorju Tork.

It-Turkija hi post ewlieni mnejn emigrant jfittxu li jidħlu fl-Ewropa. L-inċident tal-Ħamis kien l-aħħar wieħed f’sensiela ta’ traġedji li jiffaċċjaw emigrant li jippruvaw jaħarbu mill-miżerja li jkunu qed jgħixu fiha.

Aktar tbatija

Sadattant kienu pubblikat filmat li juri l-Gwardja tal-Kosta tat-Turkijatwaqqaf dgħajsa mimlija rġiel, nisa u tfal li qed jippruvaw jaħarbu mill-gwerra, il-persekuzzjoni u l-faqar. Dawk li kienu fuq id-dgħajsa kienu qed jippruvaw imorru l-Greċja, iżda minflok spiċċat imsawwta.

Aktar tard dawk li kienu fuq din id-dgħajsa qalu li huma kienu arrestati u s-swat żdied. Membru tal-Fundazzjoni Starfish li taħdem mal-emigranti qal li dan ma kienx iżolat. “Rajna ħafna videos ta’ swat u moħqrija miġbuda mill-emigranti nfushom li rnexxielhom isalvaw”.

“Din hi ħaġa komuni. Anzi ngħid li ħafna mill-emigranti li jiltaqgħu mal-Gwardja tal-Kosta tat-Turikja jkollhom jgħaddu minnha”, qal l-istess membru.

Il-President Tork, Taip Erdogan iddefenda l-politika tiegħu dwar l-emgirazzjoni.  Fl-2016 kien iffirma ftehim finanzjarju kbir mal-Unjoni Ewropea biex iwaqqaf il-mewġa ta’ emigrant li kienu qed jippruvaw jidħlu fl-Ewropa.

L-istampa Ġermaniża kkwotat rapport knfidenzjali tal-Unjoni  Ewropea li n-numru ta’ vjaġġi ta’ emigrant mit-Turkija lejn l-Ewropa żdied ħafna fl-aħħar sena.  Ħafna mill-emigranti huma ġejjin mill-Afghanistan.

Mewġa ġdida

Il-President Erdogan wissa’ li t-Turija ma tiflaħx għal mewġa ġdida ta’ emigrazzjoni mis-Sirja fejn qed ikompli l-ġlied u l-bumbardamenti. Qal li dan l-influss se jinħass mill-ajjiżi Ewropej kollha.

Fit-Turkija diġa’ hemm 3.7miljun refuġjat Sirjan, l-akbar popolazzjoni ta’ refuġjati fid-dinja.