Tal-inqas seba’ persuni sfaw vittmi tal-maltempata Ciara fl-Ewropa, li wasslet biex jitwaqqaf it-trasport f’diversi pajjiżi u ħalliet lil eluf mingħajr elettriku.
Tlieta minn dawn il-vittmi mietu fil-Polonja, fejn irjiħat qawwija qaċċtu s-saqaf ta’ ħanut, b’kawża li mietu mara u ż-żewġ uliedha. Il-missier safa’ midrub.
F-Iżvezja miet raġel li kien fuq id-dgħajsa tiegħu, filwaqt li persuna oħra li kienet abbord għadha ma nstabitx. Żewġ persuni tilfu ħajjithom meta kienu fil-karozza tagħhom. Dan ġara fil-Ġermanja u fi Slovenja. L-Ingilterra miet raġel meta waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu nhar il-Ħadd li għadda. Fl-Italja tilfet ħajjitha mara wkoll li ntlaqtet mit-terrapien ta’ saqaf li ġġarraf.