7 każi ġodda

Miguela Xuereb

Read in English.

F’Malta ġew reġistrati seba’ każi ġodda ta’ coronavirus.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li dawn l-aħħar każi nstabu mill-1,353 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Wieħed mill-każijiet riċenti tal-coronavirus kien dak ta’ ħaddiema fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-ajruport. Il-każ irriżulta pożittiv nhar is-Sibt li għadda. Jidher li l-persuna ma ġietx infettata fuq il-post tax-xogħol.