7% inqas studenti li komplew wara s-sekondarja fl-2016 – NSO

Fis-sena akkademika 2016 – 2017 kien hemm nuqqas ta’ 7% fl-istudenti li applikaw biex ikomplu l-edukazzjoni post-sekondarja, filwaqt li kien hemm żieda ta’ 4.8% fl-istudenti li applikaw sabiex ikomplu l-edukazzjoni terzjarja. Dan ħareġ mill-istħarriġ li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

L-NSO spjega li l-ammont ta’ studenti li applikaw f’xi stituzzjoni post-sekondarja fl-2016 kien 10,194 u dan ifisser nuqqas ta’ 7% meta kkumparat mas-sena ta’ qabel. Min-naħa l-oħra studenti li applikaw għall-korsijiet f’livell terzjarju kien ta’ 14,425 żieda ta’ 4.8% meta kkumparat mas-sena ta’ qabel.

93.5% ta’ dawk li applikaw kienu Maltin filwaqt li 667 kienu barranin bi 283 student ġejjin mill-Unjoni Ewropea u 384 huma minn pajjiżi li mhux fl-Unjoni Ewropea.

47.2% tal-istudenti post-sekondarji għażlu li jinstudjaw f’istituzzjonijiet vokazzjonali. 18.9% għażlu li jistudjaw servizzi li jinkludu is-settur turistiku. 18.1% għażlu li jistudjaw l-inġinerija, l-manifattura u l-kostuzzjoni, filwaqt li 15.5% għażlu is-settur tal-Informatika.

L-istudenti li għażlu li jkomplu jistudjaw fuq livell terzjarju kienu 14,425 bi 73.5% jkomplu jistudjaw fuq bażi full time. 57.9% tal-istudenti applikaw għal-korsijiet f’livell ta’ baċellerat jew ekwivalenti.

L-aktar setturi popolari fuq livell terzjarju kienu fil-Business, amministrazzjoni u l-liġi, kif ukoll fis-saħħa u benessari b’total ta’ 46%.