7 immigranti jinżammu arrestati wara protesti fil-Marsa

Miguela Xuereb

Read in English.

Seba’ immigranti qed jinżammu arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li ċaħdu li ħadu sehem fi rvell ma’ madwar 40 immigrant ieħor fiċ-ċentru ta’ detenzjoni fil-Marsa.

Il-Qorti semgħet kif is-seba’ immigranti rġiel, li għandhom bejn 16 u 29 sena, kienu l-moħħ wara l-irvellijiet li seħħew jumejn ilu, filwaqt li ġew identifikati bħala l-individwi li instigaw immigranti oħra fl-istess ċentru biex joħolqu problemi. Huma kienu akkużat wkoll li darbu uffiċċjal tas-sigurtà u li għamlu ħsara fi proprjeta’ tal-Gvern.

Sitta mill-akkużati huma mis-Sudan filwaqt li wieħed huwa mis-Somalja.

Huma ġew identifikati mill-uffiċjali tas-sigurtà li kienu laħqu daħlu l-ewwel u qabduhom jibdew ir-rewwixta qabel ma’ bdew iħeġġu lil oħrajn ikompli magħhom.

Il-Maġistrat Josette Demicoli ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.