7 ġurnalisti msawta b’lembubi mill-Pulizija fin-Nikaragwa

Riot police dislodge journalists from the main entrance to police headquarters in Managua, Nicaragua December 15, 2018. REUTERS/Oswaldo Rivas

Il-Pulizija fin-Nikaragwa sawwtu 7 ġurnalisti b’lembubi, inkluż uħud mill-aqwa edituri tal-pajjiż, wara li eskalat repressjoni fuq midja indipendenti wara l-protesti kontra l-President Daniel Ortega.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Pulizija okkupat uffiċċji ta’ editur prominenti, Carlos Fernando Chamorro, flimkien ma’ binjiet ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet ċivili li kienu ġew ipprojbiti milli jwettqu xogħolhom.

Skont Reuters, ġurnalisti nġabru quddiem il-kwartieri tal-Pulizija f’Managua, il-belt ta’ Nikaragwa. Wara li xi Chamorro staqsa lill-Pulizija għaliex l-uffiċini tiegħu ġew imfittxija u tteħdilhom l-apparat tagħhom u l-karti, il-Pulizija ħarġet għalihom u bdiet issawwathom.