5 affarijiet strambi li jiġrulek waqt l-irqad

Kulħadd jieħu gost jorqod raqda tajba, imma għal xi wħud hija xi ħaġa ikkumplikata ħafna, mhux sempliċi titfi l-bozza, u tgħodd ftit nagħaġ.
Madwar 25% tal-popolazzjoni tbati minn xi forma ta’ nuqqas ta’ rqad, li kapaċi jibdillek il-lejl fi ħmar il-lejl. 
Se nagħtu ħarsa lejn xi kundizzjonijiet diversi li jseħħu meta nagħlqu għajnejna. 
Paraliżi waqt l-irqad
Persuna minn kull 20 tesperjenza alluċinazzjonijiet strambi meta tkun se tibda tongħos jew tistejqer, fejn ikun impossibbli għaliha li tiċċaqlaq. Il-paraliżi waqt l-irqad iseħħ waqt il-fażi tal-irqad imsejħa REM (ċaqliq rapidu tal-għajn) l-istadju assoċjat ma’ ħolm qawwi. Waqt dan iċ-ċaqliq tal-għajn, il-muskoli jkunu pparalizzati, iżda jiġri xi ħaġa stramba, il-moħħ iqum imma l-ġisem le. 
Min esperjenza dan, jgħid li jkollu għajnejh miftuħa, iżda ma jistax jiċċaqlaq, jibda jara kollox madwaru, u dak li jkun qed joħlom dwaru jseħħ fil-kamra. Dan jista' jkun tal-biża' u jiddeskrivuh bħala sens kbir ta’ twerwir, jaraw affarijiet sopranaturali, iħossu li xi ħadd qed jgħaffiġhom jew kultant jaraw xi mostru bilqiegħda fuq sidirhom.
Ħoss ta' splużjoni
Reazzjoni relatata ma’ dan, hija magħrufa bħala sintomu ta’ splużjoni fir-ras, li tipikament isseħħ waqt li l-persuna tkun se tongħos jew tistejqer. Hekk kif ikunu deħlin fl-irqad, iqumu f’daqqa b’ħoss qawwi. Il-ħoss huwa ta’ splużjoni imma ħafna nies jgħidu li semgħu xi logħob tan-nar, twerżieq, bibien jinstabtu, tnabar jew ċimbli. Dan kollu jkun immaġinarju, qatt reali, iżda xorta waħda jqajjem lil dak li jkun b’ħasda, bħallikieku seħħ vera. 
Qatt kont qed tongħos u f’daqqa waħda tinħasad għax tħossok se taqa’ min fuq xi rdum u tqum maħsud? Jekk iva, mela esperjenzajt ċaqliq involuntarju tal-muskoli, li kapaċi jqajmuk b’ħasda. Għadu mhux magħruf xi jwassal għal dan. 
Ħmar il-lejl
Dan huwa meta xi ħadd iqum jimxi jew iwettaq xi ħaġa waqt li jkun rieqed. Dan jiġri meta normalment tkun rieqed fil-fond ħafna, għalkemm mhux magħruf kif, jidher li dan il-fenomenu jintiret fil-familja. Il-ħmar il-lejl huwa aktar komuni fiż-żgħar, madwar 20% tat-tfal aktarx tahom ħmar il-lejl mill-anqas darba. Għalkemm dawk li jqumu bil-lejl normalment iżommu ċertu rutina jew imġiba, bħal ipoġġu bilqiegħda fuq is-sodda, jiftħu xi gwardarobba, jibdew jilbsu, hemm oħrajn li ħarġu barra, saqu l-karozza, kielu kull ma’ raw fil-friġġ jew anki telgħu ma' xi krejn. Il-ħmar il-lejl ġieli wkoll intuża b’suċċess f’difiża fil-qorti. 
Jitkellmu waqt l-irqad
Ħafna minna jħobbu jpaċpċu u jżommu konverżazzjoni waqt l-irqad. Għalkemm dawk li jitkellmu waqt l-irqad ma jkunux jafu b’dan kollu, kapaċi jgħidu affarijiet konkreti, veri u ikkomplikati. Oħrajn igerfxu u jlissnu tgemgim. Dan il-fenomenu jaf jikkawża sitwazzjoni imbarazzanti, jew irritanti, bħal pereżempju ssemmi xi eksmaħbub quddiem il-maħbub ġdid. Ta’ min isemmi li quddiem il-qorti dan ma jfisser xejn għax dak li jintqal waqt l-irqad ma jreġix, għax ma tkunx konxju u razzjonali.
Qatt kont qed tongħos u f’daqqa waħda tinħasad għax tħossok se taqa’ min fuq xi rdum u tqum maħsud? Jekk iva, mela esperjenzajt ċaqliq involuntarju tal-muskoli, li kapaċi jqajmuk b’ħasda. Għadu mhux magħruf xi jwassal għal dan.