7,000 priġunier fil-Mjanmar meħlusa

Fi Mjanmar, inħelsu kważi 7,000 priġunier, fosthom 210 barranin, qabel ma’ l-pajjiż se jmur għall-elezzjonijiet ġenerali f’Novembru.
Skont il-President tal-pajjiż, l-amnestija ingħatat “fuq bażi umanitarja”.
Fost dawk meħlusa hemm mill-inqas 150 priġunier Ċiniż.
Il-President Thein Sein, li ngħata l-kariga fl-2010 meta rebaħ l-elezzjonijiet wara tmexxija militari, kien wiegħed li jeħles il-priġunieri politiċi kollha.
Fost dawk meħlusa hemm 8 uffiċjali tal-Intelligence li kienu ġew arrestati fl-2004.