699 miljun persuna jużaw ‘Facebook’ kuljum

Filwaqt li sa sena ilu, aktar minn biljun persuna minn madwar id-dinja kienu rreġistrati mas-sit ta’ networking soċjali Facebook, issa sar magħruf li 699 miljun persuna jużaw il-Facebook ta’ kuljum. Dan żvelah Mark Zuckerberg, wieħed mill-ħames imħuħ wara s-sit ta’ networking tant popolari, Facebook.

Zuckerberg li għad għandu biss 29 sena sostna li Facebook qed kulma jmur ikompli jżid il-membri tiegħu u għalkemm biljun persuna kien numru kbir, Facebook se jkompli jaħdem biex jgħaqqad ħames biljun persuna oħra. Madanakollu, Mark Zuckerberg stqarr ukoll li din il-ħolma hi kemmxejn diffiċli għax il-maġġoranza ta’ dawn il-ħames biljun persuna m’għandhomx aċċess għall-Internet.