690 użaw il-kannabis bħala mediċina

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li hemm 690 persuna li ngħataw permess biex jagħmlu użu mill-kannabis bħala mediċina.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Godfrey Farrugia, Fearne qal li l-kumitat dwar l-approvazzjoni tal-mediċina kannabis qed jiltaqa’ b’mod regolari mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa.

Huwa qal li kull applikazzjoni tiġi pproċessata minn dan il-kumitat, dejjem jekk l-applikazzjoni jkollha d-dettalji kollha mniżżla. Jekk dawn id-dettalji jkunu neqsin, it-tabib jiġi nfurmat bil-miktub biex jimla d-dettalji li jkunu neqsin.

Huwa spjega li t-tabib dejjem ikun infurmat bid-deċiżjoni finali bil-miktub.