689 immigrant salvati mill-baħar mill-FAM

Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) is-sena li għaddiet salvaw 689 immigrant irregolari mill-Baħar Mediterran. Dan permezz tal-operazzjoni Triton tal-Frontex.
Minn dawn l-immigranti, 23 ġew Malta minħabba emerġenzi mediċi.  
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li l-FAM irċeviet l-assistenza taċ-Ċentru għall-Kordinazzjoni tas-Salvataġġ li hemm f’Ruma.