68 miljun persuna ġew infettati bil-Covid-19 madwar id-dinja

Health workers, community response, Iran, medical supplies, medicines
WHO

Read in English.

In-numru ta’ infezzjonijiet ta’ Covid-19 reġistrati uffiċjalment fid-dinja mill-bidu tal-pandemija qabeż it-68 miljun (68,046,467).

Din l-informazzjoni ħarġet mill-Università Amerikana Johns Hopkins. 

L-iktar pajjiż affettwat f’termini assoluti jibqa’ l-Istati Uniti, b’aktar minn 15.1 miljun każ totali u kważi 286,000 mewt. 

Isegwu l-Indja u l-Brażil.

Ir-Russja rrappurtat ‘il fuq minn 2,492,713 każ u 43,674 mewt u min-naħa l-oħra, Franza għandha total ta’ 2,363,196 u 56,453 li ċedew għall-coronavirus. L-Italja u r-Renju Unit it-tnejn irrapportaw 1.75 miljun każ u 61,240 mewt u 62,130 imwiet rispettivament.