68 mejta wara rewwixta f’għassa tal-Pulizija fil-Venezwela

Rewwixta u nar fiċ-ċelel ta’ għassa tal-Pulizija fil-Venezwela lbieraħ qatlu 68 persuna, skont il-Gvern u numru ta’ xhieda.
Waqt ir-rewwixta indarab ukoll uffiċjal tal-Pulizija li laqqat tir f’siequ, madankallu l-kundizzjoni tiegħu hija stabbli.
Il-familji li kienu qed jistennew barra l-għassa f’Valencia, tefgħulhom il-gas tad-dmugħ sabiex jitilqu miż-żona u l-awtoritajiet irrifjutaw milli jagħtu informazzjoni dwar x’ġara sa tard filgħaxija.
Il-Kap Prosekutur qal li l-uffiċċju tal-prosekutur tal-istat jiggarantixxi li se jinvestiga eżatt x’ġara f’dan l-inċident li ħalla bosta familji fil-Venezwela mmnikkta.
Il-ħabsijiet fil-Venezwela għandhom numru sostanzjali akbar ta’ priġunieri minn kemm suppost jokkupaw u huma mimlijin armi u drogi. Għaldaqstant, rewwixti tat-tip huma komuni ħafna fil-pajjiż.
Ritratt: Reuters