Read in English.
Malta kellha 68 każ ġdid tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, filwaqt li fiequ 14-il persuna. Dan ħareġ mill-1,940 swab test li saru.
B’hekk issa t-total ta’ każijiet attivi tal-coronavirus f’Malta huwa ta’ 820.
Illum tħabbret it-43 mewta bil-coronavirus, dik ta’ anzjan ieħor ta’ 67 sena. Ilbieraħ ukoll miet raġel ta’ 67 sena bil-virus. Skont il-Ministeru tas-Saħħa, dawn it-tnejn kellhom kundizzjonijiet tas-saħħa ulterjuri.
Il-mewt li tħabbret illum
Imut anzjan ieħor ta’ 67 sena bil-coronavirus
Ilbieraħ kien hemm 95 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:
- 22 każ ta’ membri tal-familja ta’ persuni li kellhom il-virus
- 11-il każ minn fuq il-post tax-xogħol
- Każ ta’ persuna li kellha kuntatt dirett ma’ xi ħadd bil-virus
- Każ minn attività soċjali fejn kien hemm nies bil-virus
- Każ mill-cluster ta’ Paceville
- 2 każijiet impurtati
Dan ifisser li s-57 każ l-ieħor kienu ġejjin mill-komunità.
Il-każijiet tal-bieraħ
95 każ ġdid ta’ coronavirus; 30 ifiqu