68 każ ġdid ta’ coronavirus; 53 ifiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

Wara 24 siegħa nstabu total ta’ 68 każ ġdid ta’ coronavirus fil-pajjiż. Dan ħareġ mill-infografika maħruġa llum mill-Ministeru għas-Saħħa.

Hawn kien spjegat li fiequ total ta’ 53 persuna oħra mill-virus. B’hekk issa fil-pajjiż hawn 536 każ attiv. Ilbieraħ saru total ta’ 2,497 swab test.

Il-każi mħabbra llum għadhom qed jiġu investigati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Intant, minn dawk tal-bieraħ kien hemm: 12-il każ ta’ qraba ta’ persuni pożittivi, tmienja li huma kuntatti pożittivi fuq il-post tax-xogħol u 12 oħra minn avvenimenti soċjali. 15 mill-każi kienu sporadiċi, jiġifieri mhux ikkonfermat minn fejn dawn il-persuni setgħu ħadu l-virus.