69 anniversarju mill-Olokawst

Is-27 ta’ Jannar jimmarka l-jum li fih id-dinja hija mistiedna tiftakar fil-vittmi tal-Olokawst.
Dan il-ġenoċidju wassal għall-mewt ta’ sitt miljun Lhudi, 2 miljun Żingaru, 15,000 persuna omosesswali u miljuni oħra li f’għajnejn in-Nazzisti Ġermaniżi kienu jidhru li huma ta’ theddida għall-popolazzjoni Arjana.
F’dan il-jum jiġu mfakkra dawk li ġew illiberati mill-kampijiet tal-konċentrament u t-tmiem tal-Holocaust.
Kien propju f’dan il-jum, 69 sena ilu li t-truppi Sovjetiċi ħelsu l-priġunieri li kienu f’Auschwitz u Birkenau.
Id-data tal-lum timmarka ukoll festa nazzjonali fir-Renju Unit u fl-Italja.
Apparti l-qtil tal-Lhud, il-Pollakki ukoll kienu fil-mira tan-Nazzisti.
In-Nazzisti qatlu ukoll dawk li kienu jbatu minn xi forma ta’ diżabilita’, dawk li kienu morda, dawk li kienu ta’ fehma politika differenti u bosta reliġjużi.
Apparti l-qtil ta’ dawn, it-tieni gwerra dinjija waslet għall-mewt ta’ 11-il miljun ruħ oħra.