67% tal-Ewropej favur li tiżdied l-għajnuna umanitarja

Stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru juri li aktar nies fl-Ewropa huma favur li l-għajnuna umanitarja tiżdied.
Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-koperazzjoni internazzjonali Neven Mimica qal li 67% ta’ dawk li wieġbu qalu li hemm bżonn li l-Ewropa żżid l-għajnuna tagħha, liema statistika hi ferm aktar minn dik tas-snin riċenti.
Qal li minkejja l-inċertezza fl-ekonomija Ewropea, iċ-ċittadini xorta waħda jkomplu juru s-sapport tagħhom għall-irwol ewlieni li l-Ewropa għandha fl-iżvilupp.
85% jemmnu li hu importanti li l-Ewropa tgħin pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Il-Kummissarju Ewropew Neven Mimica qal li l-għan ta’ din is-sena ta’ ħidma hi liċ-ċittadini Ewropej ikunu infurmati bl-iżviluppi li l-Unjoni Ewropea flimkien mal-istati membri irnexxilha twettaq madwar id-dinja.