67 japplikaw għall-Premju tal-President għall-Kreattivita’

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju għalqu l-applikazzjonijiet għall-Premju tal-President għall-Kreattività, li tnieda mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fit-2 ta’ Ġunju, fl-Istitut tal-Arti u d-Disin tal-MCAST fil-Mosta.
It-total t’applikazzjonijiet sottomessi għal dan il-Premju huwa ta’ 67.
Dan il-premju huwa maqsum fi tlett kategoriji: il-kategorija tat-tfal, il-kategorija taż-żgħażagħ u dik tal-komunità, bl-akbar żieda irreġistrata tkun dik fil-kategorija tat-tfal.
B’kollox hemm €65,000 allokati għal dan il-premju. Liema premju, għall-ewwel darba ġie faċilitat permezz ta’ sistema t’applikazzjoni onlajn għal dawk interessati.