67 il-qorti fuq stupru jew vjolenza sesswali

Bejn Jannar 2014 u Ġunju 2017 kien hemm 67 persuna li tressqet il-qorti fuq każijiet ta' stupru u attentati vjolenti għal pudur.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia. Minn dawn 22 instabu ħatja waqt li sitta ġew illiberati. Il-każijiet ta’ 38 akkużat għadhom pendenti waqt li kien hemm suspettat li miet.
Intant, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal, fi tweġiba għall-mistoqsija tal-istess interpellant, li bejn Marzu 2014 u Mejju 2017 kien hemm 99 persuna li bbenefikaw mis-servizzi tas-Sexual Assault Response Team (SART) li fl-2016 is-servizz minn SART beda jissejjaħ Care for Victims of Sexual Assault (CVSA).