666 student bl-awtiżmu jattendu skejjel tal-Gvern

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li hemm 666 student bil-kundizzjoni tal-awtiżmu li jattendu l-iskejjel tal-Gvern.
Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Etienne Grech.
Il-Ministru qal li l-għan tal-Autism Spectrum Support Team fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni huwa li jsaħħaħ il-ħiliet tal-edukaturi u tal-ġenituri biex jaffaċċjaw il-bżonnijiet edukattivi individwali tat-tfal b’awtiżmu, li jiffaċilita t-tagħlim, li jgħin fl-iżvilupp soċjali u ta’ mġiba, u li jkabbar l-abbiltajiet tal-istudenti fl-ambjenti tal-mainstream.