66 priġunier pożittiv għad-droga; 32 każ ta’ droga sintetika

Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin saru 1,262 test fuq il-priġunieri għad-droga u minn dawn 66 test rriżulta fil-pożittiv.
Fl-istess perjodu, saru għadd ta’ tfittxijiet u kien hemm 32 każ fejn instabet droga sintetika.
Kien hemm ukoll priġunieri li nqabdu fil-pussess tal-inbid, priġunier li nstab li kellu fuqu siringa u ieħor fil-pussess tal-kokaina.
Qal dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Beppe Fecech Adami.
Il-Ministru Farrugia spjega kif kien hemm tliet każijiet fejn priġunieri nqabdu li kellhom l-inbid.
Dwar id-droga, il-Ministru qal li kien hemm sejba waħda ta’ droga kokaina fil-ħabs, fejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena u fl-istess perjodu priġunieri nstab li kellu siringa.
Għal iżjed minn darba, il-Ministru qal li dan l-abbuż mhux tollerabbli iżda insista li dan ilu għaddej għexieren ta’ snin u mhux xi ħaġa li bdiet li issa.
Il-Ministru Michael Farrugia fakkar li matul is-sena d-dieħla, se jkun hemm bidla fis-sistema tas-sigurtà tal-ħabs  u bħalissa għad ta’ esperti qed jaraw kif dan l-aħjar li seħħ.