66 każ ġdid ta’ Covid-19

Miguela Xuereb

Read in English.

66 persuna oħra ħarġu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara li saru 2,537 swab test.

Dan ħareġ fl-infografika li ta’ kuljum qed tiġi ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa. Intant fiequ total ta’ 47 persuna oħra. B’hekk issa fil-pajjiż hawn total ta’ 473 każ attiv.

Il-każi ġodda mħabbra llum għadhom qed jiġu investigati.

Intant, mill-każi mħabbra lbieraħ kien hemm 26 każ sporadiku li jfisser li l-awtoritajiet ma rnexxilhomx isibu s-sors tal-virus. Mill-każi l-oħra: 15-il persuna li huma qraba ta’ persuni li kienu pożitivi, 5 każijiet li kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi, 13-il il-każ li ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol, żewġ każijiet impurtati u erba’ każi relatati ma’ avvenimenti soċjali.