650 tarbija jinqatlu bl-ewtansja fl-Olanda

Fl-Olanda, 650 tarbija mietu fl-2013 wara li l-ġenituri tagħhom ddeċidew li jtemmulhom ħajjithom permezz tal-liġi ta’ suwiċidju assistit.
Dawn l-istatistiċi ta’ trabi li mietu qed iġibu magħhom tħassib kbir fost dawk li mbuttaw din it-tip ta’ liġi fil-pajjiż tagħhom.
Theo Boer, li kien promutur tal-liġi tal-ewtansaja fl-Olanda għandu pożizzjoni ġdida dwar din il-liġi. Hu jgħid li għandu jsir studju bis-serjetà dwar għaliex qed ikun hemm daqshekk nies li jirrikorru għall-ewtanasja.
Bi tnax-il sena esperjenza f’dan il-qasam Boer jistaqsi jekk din il-liġi saritx biex issir in-norma li n-nies jirrikorru għall-ewtanasja minflok li tkun deċiżjoni tal-aħħar għażla u anke jistaqsi jekk il-liġi tistax tinbidel biex inqas persuni jirrikorru għaliha.
L-Olanda daħħlet il-liġi li tippermetti l-ewtanasja fl-2002.